Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201209

PR201209

26/06/2020

​ STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV: Jinfetħu l-kumplament taċ-ċentri ta’ servizz.gov

​Mill-ġimgħa d-dieħla se jinfetħu l-kumplament taċ-ċentri reġjonali biex b’hekk servizz.gov se jkollu total ta’ 22 ċentru miftuħ madwar Malta.


Iċ-ċentri li se jinfetħu huma Raħal Ġdid, Ħaż-Żebbuġ, il-Belt Valletta, l-Imsida, ir-Rabat, Birkirkara, Tas-Sliema, Ħal Luqa, San Ġwann u Ħal Lija. Dawn se jingħaqdu mat-12-il ċentru l-ieħor li nfetħu ħmistax ilu. B’hekk iċ-ċentri ta’ servizz.gov se jkunu ttripplaw hekk kif l-Uffiċċji Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali ġew taħt it-tmexxija ta’ din l-aġenzija.

Iċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid se jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sas-14:00, is-Sibt mit-08:00 sas-13:00 u l-Erbgħa filgħaxija mill-16:30 sas-19:00. Dan filwaqt li ċ-ċentru ta’ servizz.gov fil-binja tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid se jinżamm miftuħ.

Ħaż Żebbuġ, il-Belt Valletta, l-Imsida, ir-Rabat u Birkirkara se jiftħu t-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00 u l-Erbgħa mill-16:30 sas-19:00.

Tas-Sliema, Ħal Luqa, San Ġwann u Ħal Lija se jiftħu nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa mit-08:00 sa nofsinhar u l-Erbgħa filgħaxija mill-16:30 sas-19:00.

servizz.gov jibqa’ joffri assistenza dwar servizzi governattivi permezz tal-mezzi varji tiegħu, fosthom Freephone 153, il-one-stop-shop online www.servizz.gov.mt, l-indirizz elettroniku servizz@gov.mt u maltapps, li hija l-mobile app ewlenija li tospita servizzi mill-mobile.