gov.mt

pr200437

PR200437

09/03/2020

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA

​​​​​

Wara li s-Sibt li għadda tlett persuni tal-istess familja rriżultaw pożittiv għal Coronavirus, illejla ġie ikkonfermat każ ieħor.

 

Dan il-każ jinvolvi raġel ta' nazzjonalità barranija, residenti Malta, li fl-aħħar jiem kien vaganza fin-naħa ta' fuq tal-Italja.

 

Ir-raġel jinsab f'kundizzjoni ta' saħħa tajba.

 

Il-Gvern jibqa' jappella għall-kalma u responsabbilità għaliex m'hemm ebda lok għall-allarm jew paniku.​