Il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin mhux se
tkun qed taċċetta viżitaturi għas-sebgħat ijiem li ġejjin.
Dan bħala prekawzjoni bil-għan li l-virus COVID-19 ma jinfirix fil-faċilità li
hi spazju magħluq b’konċentrazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni.
Wara passi ta’ prekawzjoni li ttieħdu
fl-aħħar jiem, din il-miżura ddaħħal fis-seħħ l-ewwel fażi ta’ pjan li fasslet
il-faċilità fl-aħħar ġimgħat quddiem l-isfida tat-tixrid tal-COVID-19.
It-tmexxija tal-faċilità se tkun qed
tevita wkoll movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità.
Miżuri simili qed jittieħdu fiċ-ċentri ta’
detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti.
Din id-deċiżjoni se terġa’ tkun riveduta
fi żmien ġimgħa.