Pr200859

08/05/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU FI ĦDAN L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Konsultazzjoni pubblika dwar proposti ta’ emendi fil-Liġi tax-Xandir Kapitlu 350

Illum infetħet konsultazzjoni pubblika dwar emendi fil-Liġi tax-Xandir Kapitlu 350. Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa' miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 22 ta' Mejju 2020. Kopja tad-dokumenti jinsabu online fuq www.konsultazzjoni.gov.mt.

 

Wieħed mill-iskopijiet ta' dawn l-emendi hu ħalli tidħol fis-seħħ l-Audiovisual Media Services Directive 2018/1808. Hemm numru ta' emendi oħra li ġew suġġeriti mill-awtorità kompetenti (l-Awtorità tax-Xandir) li wkoll huma parti mill-proċess ta' konsultazzjoni.

 

Hu ppjanat li l-Ġimgħa, 15 ta' Mejju 2020 ikun hemm sessjoni ta' informazzjoni online. Dawk kollha interessati li jkunu parti minn din is-sessjoni, għandhom jibagħtu email fuq euaffairs.opm@gov.mt ħalli jirċievu d-dettalji neċessarji. 

 

Il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mix-xandir pubbliku, jappella lil dawk kollha interessati ħalli jagħtu l-opinjoni u l-proposti tagħhom ħalli dawn ikunu kkunsidrati.​