Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jkun qed jagħmel perjodu ta' self-isolation wara li membru tal-familja tiegħu ġie pożittiv għall-COVID-19.
Minkejja li d-Deputat Prim Ministru mhuwiex pożittiv għall-COVID-19, qiegħed isegwi l-miżuri tal-awtoritajiet għas-saħħa u għalhekk qed jiżola ruħu u ser ikun qed jaħdem mid-dar.