gov.mt

pr211101

PR211101

09/06/2021

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET

Il-Gvern Malti jinnota l-Ittra Addizzjonali ta’ Avviż Formali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-inizjattiva taċ-ċittadinanza Maltija b’investiment. Il-gvern itenni bis-sħiħ li ċ-ċittadinanza hija kompetenza nazzjonali tal-istat membru individwali u għandha tibqa’ hekk.


Minkejja dan, il-gvern se janalizza l-kontenut tal-korrispondenza li rċieva u huwa lest li jkompli jieħu sehem fi djalogu kostruttiv mal-Kummissjoni Ewropea. Osservazzjonijiet jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea fiż-żmien li ġej.