gov.mt

pr220187

PR220187

10/02/2022

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

Il-Gvern jilqa’ l-aħbar ikkonfermata min-Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għal Malta, l-Arċisqof Alessandro D’Errico, li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur pajjiżna bejn it-2 u t-3 ta’ April li ġej.  

Il-vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku se jikkonsisti fi żjara fil-Belt Valletta, ir-Rabat, il-Furjana, Ħal Far u l-gżira Għawdxija. Il-programm flimkien ma’ aktar dettalji dwar iż-żjara tal-Kap tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna jitħabbru iktar ’il quddiem. 

Il-konferma uffiċjali ssegwi ż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Robert Abela fis-Santa Sede f’Ottubru li għadda fejn din iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta kienet ukoll diskussa.