gov.mt

pr220308

PR220308

04/03/2022

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

Il-plenarja tal-FATF, li ntemmet illum, ikkonfermat li Malta indirizzat jew maġġorment indirizzat il-pjan ta' azzjoni mogħti lilha fil-livell tekniku.

 

Fl-analiżi teknika kien innotat kif Malta ħadet il-passi kollha meħtieġa biex tindirizza strateġikament ir-rakkomandazzjonijiet li sarulha. Din l-analiżi teknika wasslet biex il-plenarja tal-FATF aċċettat ir-rakkomandazzjoni li ssir żjara f'Malta biex tikkonferma dan il-progress.

 

L-FATF qalet: “At its February 2022 Plenary, the FATF made the initial determination that Malta has substantially completed its action plan and warrants an on-site visit."

 

Din il-verifika, imsejħa on-site visit mid-delegazzjoni tal-FATF, hi meqjusa bħala parti mill-istadju finali f'dan il-proċess. 

 

Il-Gvern Malti jinnota din id-deċiżjoni, filwaqt li jimpenja ruħu li jibqa' jaħdem favur standards ogħla.​