PR220412

26/03/2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjoni Ġenerali – 26 ta' Marzu 2022

Persentaġġ approssimattiv ta' votanti li vvutaw sas-2.00 p.m.

Il-Kummissjoni Elettorali tagħmel referenza għall-istatistika maħruġa aktar kmieni llum, u tippuntwalizza li għandha ssir is-segwenti kjarifika:

​​Il-figura ppubblikata aktar kmieni llum, dik ta' 143,628, hi ta' dawk li vvutaw limitament fis-26 ta' Marzu 2022, fis-2:00 p.m., u ma tinkludix eletturi li vvotaw fil-ġranet preċedenti tal-votazzjoni. Meta żżid dawk l-eletturi li vvutaw fil-ġranet ta' qabel, li jammontaw għall-15,289 u li l-Kummissjoni Elettorali diġà ħarġet stqarrijiet dwarhom, il-persentaġġ iddikjarat illum ta' 40.45% jitla' għal 44.75%.