gov.mt

pr220424

PR220424

30/03/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

​​

Fil-ħin li ġej se jkun qiegħed jieħu l-ġurament tal-ħatra l-kabinett tal-Ministri, wara l-għażla demokratika tal-poplu fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta' Marzu.

 

Kif imwiegħed tul il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela għażel kabinett li jinkludi taħlita ta' esperjenza u demm ġdid.

 

Il-mira ewlenija ta' dan il-kabinett hi li jitwettaq il-manifest elettorali li fuqu kien elett il-gvern, manifest elettorali mibni fuq il-ħtieġa ta' Malta isbaħ, opportunitajiet indaqs għal kulħadd u kwalità ta' ħajja aħjar.

 

Il-Prim Ministru Robert Abela ta permess temporanju għal ftit jiem lill-Kirurgu Jo Etienne Abela biex ikun jista' jopera pazjenti li diġà għamlu tħejjija għall-operazzjoni. Dan fl-interess tas-saħħa tal-istess pazjenti.

 

Il-Prim Ministru se jikkunsidra wkoll ħatriet oħra, fid-dawl tal-ħtieġa li bħalma se tissaħħaħ ir-rappreżentanza femminili fil-Parlament, tissaħħaħ ukoll fl-eżekuttiv.

 

 

Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett:

 

Robert Abela

Prim Ministru

 

Chris Fearne

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

 

Owen Bonnici

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

 

Ian Borg

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

 

Michael Falzon

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal 

 

Anton Refalo

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali

 

Roderick Galdes

Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli 

 

Silvio Schembri

Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet

 

Julia Farrugia Portelli

Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur

 

Aaron Farrugia

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

 

Clint Camilleri

Ministru għal Għawdex

 

Byron Camilleri

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza

 

Clayton Bartolo

Ministru għat-Turiżmu

 

Miriam Dalli

Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

 

Clyde Caruana

Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

 

Clifton Grima

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

 

Stefan Zrinzo Azzopardi

Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar

 

 

Jonathan Attard

Ministru għall-Ġustizzja

 

Jo Etienne Abela

Ministru għall-Anzjanità Attiva

 

Segretarji Parlamentari

 

Andy Ellul

Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

 

Alison Zerafa Civelli

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

 

Chris Bonn​​ett

Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet

 

Keith Azzopardi Tanti

Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ​