gov.mt

pr220426

PR220426

01/04/2022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA



B’rabta mal-linji gwida kif stabbiliti mill-OFAC of Maltese Individuals and Entities, hekk kif maħruġa fil-31 ta’ Marzu 2022 mill-Bord ta’ Solverjanza dwar is-Sanzjonijiet, il-Gvern Malti qed jibda l-proċess ta’ privazzjoni ta’ persuna li tinstab fuq il-lista tas-sanzjonijiet ippubblikati mill-United States Office of Foreign Assets Control involving Maltese Legal and Natural Persons.

L-imsemmi proċess qed jiġi inizjalat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, bħala l-ministru responsabbli għal materji li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija. 

Dan qed isir skont it-termini marbuta mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u l-Liġi Sussidjarja rispettiva, kif dawn jipprovdu li l-ministru responsabbli jista’ jippriva persuni li jkunu ġew reġistrati jew naturalizzati b’ċittadinanza Maltija f’dawk iċ-ċirkostanzi stabbiliti bl-istess dispożizzjonijiet legali.