PR220864

27/06/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI


​Bidla ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol


Is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Tony Sultana radd ħajr lis-Sur Alfred Camilleri, li mill-2006 serva bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, u li rtirà bl-età

B’effett mil-lum, is-Sur Paul Zahra ġie appuntat Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol. 

Is-Sur Ronald Mizzi, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, se jkun responsabbli wkoll mill-Fondi Ewropej.