gov.mt

pr221485

PR221485

31/10/2022

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra

L-Ispeaker Anġlu Farrugia kellu laqgħa ma’ membri tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra fejn tkellem dwar il-ħidma tal-Parlament Malti, inkluż fid-diversi kumitati li għandu mwaqqfa. Huwa informa lill-membri li fl-ewwel seduta wara s-sajf, qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra għall-2021, u żied li l-pass li jmiss kien li ssir diskussjoni dwaru f’laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, liema diskussjoni kienet skedata għas-7 ta’ Novembru 2022 u ser tkun imxandra live fuq is-website tal-Parlament.

L-Ispeaker tkellem dwar l-interess li dejjem kellu dwar il-Maltin li jgħixu barra minn Malta u li meta jżur xi pajjiż jagħmel mezz li jiltaqa’ ma’ Maltin li jkunu jgħixu fil-post, inkluż dan l-aħħar meta flimkien ma’ delegazzjoni tal-Parlament Malti ħa sehem fil-65 Konferenza tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth li nżammet f’Halifax fil-Kanada.  

Il-membri tal-kunsill qalu li japprezzaw id-diversi pubblikazzjonijiet li joħorġu mill-komunitajiet Maltin imxerrda madwar id-dinja, u li huma stess jagħmlu mezz li jxerrdu fil-komunitajiet tagħhom u lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar.

L-ispeaker irrikonoxxa l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi u l-irwol li għandhom li jżommu lill-Maltin li jgħixu barra infurmati b’dak li jkun għaddej, u ħeġġeġ biex il-Maltin jibq​għu jżommu dawn l-inizjattivi ħajjin.