gov.mt

pr221793

PR221793

23/12/2022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET

Hekk kif aktar kmieni llum, kumpanija tal-iGaming f'pajjiżna, Genesis Global fetħet proċedura ta' insolvency tal-kumpanija, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri kkummissjona lil Gaming Malta b'ħidma immedjata sabiex jinstab impjieg alternattiv għall-ħaddiema affetwati.

 

Fil-fatt numru ta' ħaddiema diġà sabu mpjieg fis-settur.

 

Il-Ministeru permezz ta' Gaming Malta qiegħed f'kuntatt mad-diriġenti tal-kumpanija, biex jgħaddu d-dettalji tal-ħaddiema li ġie tterminat x-xogħol tagħhom, biex b'hekk jkunu jista' jsir kuntatt magħhom.

 

Il-Kunsill tal-iGaming li ġie mwaqqaf aktar kmieni dan ix-xahar, ġie infurmat ukoll u bħala Kunsill qed issir ħidma biex tingħata l-għajnuna neċessarja lill-ħaddiema affetwati.

 

Mill-informazzjoni miġbura s'issa huwa stmat li bħalissa hawn madwar 700 impjieg vakanti fil-qasam tal-iGaming f'pajjiżna u għaldaqstant qed isir kull mezz possibbli sabiex tingħata prijorità lil madwar 80 ħaddiem milquta llum.​