Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi llum aċċetta r-riżenja tal-Perit Maria Schembri Grima mill-kariga ta’ Chairperson tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA. Ir-riżenja tal-Perit Schembri Grima minn din il-kariga hija b’effett immedjat.