gov.mt

pr231346

PR231346

13/09/2023

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-membri tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu Barra jagħmlu żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

​​



“Grazzi tal-ġid li għamiltu u li għadkom tagħmlu lil pajjiżna lil hinn minn xtutna”, qal l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati f’laqgħa mal-membri tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu Barra. 

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-ħidma ta’ dan il-kunsill hija imprezzabbli u għandu jkun assigurat li dak li wettqu matul is-snin tagħhom ta’ servizz f’dan il-kumitat, jassiguraw li jitkompla minn dawk ta’ warajhom sabiex l-ħidma tibqa’ għaddejja u sservi l-għanijiet tagħha. 

Il-membri tal-kunsill għarrfu lill-Ispeaker li waħda mill-għanijiet tagħhom hi li jżommu kuntatt mal-komunitajiet Maltin imxerrda mad-dinja u jaraw li jxerrdu informazzjoni utli li tinteressa lill-istess kommunitajiet. 

L-Ispeaker filwaqt li rrikonoxxa l-irwol li għandhom u l-importanza li jġorr miegħu l-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra, tenna li huwa importanti li l-Maltin li jgħixu barra għandhom jibqgħu jiġu infurmati b’dak li jkun għaddej biex b’hekk tibqa’ ħajja fid-demm ta’ kull Malti, dik ir-rabta li tfakkrek f’art twelidek.