gov.mt

pr231404

PR231404

20/09/2023

STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI Festa Nazzjonali tal-Indipendenza 2023

 

Fl-okkażjoni ta' Jum l-Indipendenza, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, se torganizza dawn l-attivitajiet li ġejjin.

 

Nhar il-21 ta' Settembru, filgħodu fid-9:10am, il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati jieħdu posthom f'Misraħ San Ġwann sabiex mal-wasla tal-President ta' Malta George Vella, jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.

 

Fid-9:30am tibda' quddiesa pontifikali u kant tat-Te Deum li jiġu mxandra live fuq TVM.

 

Wara l-quddiesa, isir it-tqegħid ta' fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza l-Furjana mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: il-President ta' Malta, l-Aġent Prim Ministru, u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

 

Filgħaxija mbagħad, fit-8:00pm it-Teatru Manoel, jiġi ppreżentat kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Mro. Michael Laus, li se jixxandar fuq TVM News Plus fid-9:00pm.

 

Dan il-kunċert se jinkludi xogħlijiet minn diversi kompożituri ta' mużika klassika Maltin jew ta' nisel Malti. Il-lista ta' xogħlijiet mużikali tinkludi kompożizzjonijiet ta' Nicolò Isouard, Vincenzo Bugeja, Ruben Zahra, Paolino Vassallo, u Josef Bugeja.

 

Din is-serata kommemorattiva wkoll ser tinkludi silta minn Giuseppe Verdi u Otto Nicolai.​