gov.mt

pr231889

PR231889

01/12/2023

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Omar Farrugia maħtur bħala ċ-Chairperson ġdid ta’ SportMalta

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima awgura lil Omar Farrugia għall-ħatra tiegħu bħala Chairperson ta' SportMalta. Il-ministru aċċenna l-importanza tal-entità, li tkompli tkabbar il-kultura ta' eċċellenza sportiva u tiżdied il-parteċipazzjoni f'kull livell. L-isport għandu rwol kruċjali fil-benesseri fiżiku u mentali taċ-ċittadini u huwa fattur ewlieni biex jingħaqdu l-komunitajiet.

​Min-naħa tagħha, SportMalta laqgħet din il-ħatra li se tkompli ssaħħaħ il-ħidma fi ħdanha, filwaqt li sellmet lil Prof. Andrew Decelis għall-ħidma li wettaq tul it-terminu tiegħu.