gov.mt

pr240357

PR240357

06/03/2024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL


B’rabta mal-istqarrija p​pubblikata fil-5 ta’ Marzu 2024 tal-OFAC, il-Gvern Malti qed jibda l-proċess ta’ privazzjoni ta’ persuna li tinstab fuq il-lista tas-sanzjonijiet ippubblikati mill-United States Office of Foreign Assets Control involving Maltese Legal and Natural Persons.

L-imsemmi proċess qed jiġi inizjat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, fil-kapaċità tiegħu ta’ responsabbiltà għal materji li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija. 

Dan qed isir skont it-termini fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija f’Kap 188 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-Liġi Sussidjarja rispettiva, kif dawn jipprovdu li l-Ministru responsabbli jista’ jippriva persuni li jkunu ġew reġistrati jew naturalizzati b’ċittadinanza Maltija f’dawk iċ-ċirkostanzi stabbiliti bl-istess dispożizzjonijiet legali.