gov.mt

pr240414

PR240414

15/03/2024

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati tal-pestiċida Chlorpyrifos -Ethyl.

Dittà:La Cerignola di una volta
Deskrizzjoni tal-prodott:Tadam niexef fiż-żejt
Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Pomodori Secchi
Użin:550g
Lott:M068
Data tad-durabbiltà:09/03/2026

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.