Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara eżerċizzju ta' sorveljanza fuq is-suq li sar f'dawn l-aħħar ġimgħat, l-imsemmijin prodotti (snacks b'bażi ta' lamtu) m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li fihom addittiv (kulur tal-ikel E110) iddikjarat fuq it-tikketti u li mhux awtorizzat li jintuża f'tali prodotti.
L-E110 huwa magħruf ukoll bħala Sunset Yellow FCF, Orange Yellow S, Food Yellow No. 5 jew FD&C Yellow No. 6. L-E110 huwa kulur awtorizzat li jintuża bħala addittiv fl-UE f'ċertu ikel bħal laħam li ma jkunx ipproċessat bis-sħana, ħut ipproċessat, mustarda u zlazi, xorb bit-togħmiet miżjuda, eċċ., imma fil-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (UE) 1333 tal-2008. L-użu ta' dan il-kulur (flimkien ma' xi ftit kuluri oħra) jirrikjedi wkoll in-nota ta' twissija “jista' jkollu effett negattiv fuq l-attività u l-attenzjoni tat-tfal" li għandha tidher fuq it-tikketta tal-ikel meta jintuża. Madankollu, dan il-kulur ma' jistax jintuża fil-kategorija tal-ikel li fiha jaqgħu il-prodotti msemmijin hawn isfel, jiġifieri snacks lesti sabiex jittieklu bbażati fuq il-patata, ċereali, dqiq jew lamtu.
| Ditta: | La La |  |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Salt & Vinegar Fish Crackers | |
| Użin: | 100g | |
| Oriġini: | Filippini |
|

| Ditta: | La La |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Fish Crackers |
| Użin: | 50g; 100g |
| Oriġini: | Filippini
|
| Ditta: | La La |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Sweet Chilli Fish Crackers |
| Użin: | 100g |
| Oriġini: | Filippini
|
| Ditta: | La La |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Prawn Crackers Hot & Spicy |
| Użin: | 100g |
| Oriġini: | Filippini
|

| Ditta: | Yashoda Foods |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Current Cheese Balls |
| Użin: | 60g |
| Oriġini: | Nepal
|
| Ditta: | Yashoda Foods |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Current Cheese Balls |
| Użin: | 60g |
| Oriġini: | Nepal
|
| Ditta: | Yashoda Foods |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Current Spicy Cheese Balls |
| Użin: | 60g |
| Oriġini: | Nepal
|

| Ditta: | Jack'n Jill |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Piattos Cheese flavoured potato crisps |
| Użin: | 85g |
| Oriġini: | Filippini
|

| Ditta: | Jack'n Jill |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Piattos Nacho Pizza flavoured potato crisps |
| Użin: | 85g |
| Oriġini: | Filippini
|
| Ditta: | Jack'n Jill |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Mr. Chips Nacho cheese flavoured corn chips |
| Użin: | 100g |
| Oriġini: | Filippini
|
| Ditta: | Jack'n Jill |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Nova Multigrain snacks Country Cheddar Flavor |
| Użin: | 78g |
| Oriġini: | Filippini
|
| Ditta: | Jack'n Jill |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Chiz Curls |
| Użin: | 55g |
| Oriġini: | Filippini
|

| Ditta: | Regent |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Cheese Ring Cheese flavoured snack |
| Użin: | 60g |
| Oriġini: | Filippini
|

| Ditta: | Oishi |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Rin-bee Cheese sticks |
| Użin: | 85g |
| Oriġini: | Filippini
|

| Ditta: | ec |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Twin Lion Cheese Bones Curls |
| Użin: | 58g
|
| Ditta: | Leslie's |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Clover Chips |
| Użin: | 85g |
| Oriġini: | Filippini |
| Notament | Hawn diversi tipi ta' dan il-prodott fuq is-suq. Il-prodott affetwat għandu l-kulur indikat fuq it-tikketta oriġinali li tista' tkun mgħottija b'tikketta oħra.
|

| Ditta: | Barcel |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Takis Original |
| Oriġini: | Messiku |
| Notament: | Dan il-prodott jiġi mmanifatturat ukoll f'pajjiżi tal-UE, b'riċetta addattata għar-regolamenti tal-UE. Għaldaqstant mhux il-prodotti kollha li hawn fis-suq huma affetwati.
|
| Ditta: | Barcel |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Takis Fuego |
| Oriġini: | Messiku |
| Notament: | Dan il-prodott jiġi mmanifatturat ukoll f'pajjiżi tal-UE, b'riċetta addattata għar-regolamenti tal-UE. Għaldaqstant mhux il-prodotti kollha li hawn fis-suq huma affetwati. |

| Ditta: | Barcel |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Takis Nitro |
| Oriġini: | Mexico |
| Notament: | Dan il-prodott jiġi mmanifatturat ukoll f'pajjiżi tal-UE, b'riċetta addattata għar-regolamenti tal-UE. Għaldaqstant mhux il-prodotti kollha li hawn fis-suq huma affetwati.
|
