gov.mt

pr240515

PR240515

01/04/2024

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI​

​​​​

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-bajd minħabba li nstab li jista' jkun ikkontaminat b'bajd mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Ditta:Bibigo
Isem tal-prodott:Mini Mandu Prawn Dumplings
Użin:16 x 360g
Dati tad-durabbiltà:

21/06/2024

10/08/2024

Possibbilment ukoll 12/01/2025

Oriġini:Vietnam

 

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.