gov.mt

pr240544

PR240544

09/04/2024

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


​​​Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, kif ukoll permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ħafna ta' aluminju.

Isem tal-prodott:Matcha Tea
Dittà:Shan Wai Shan
Deskrizzjoni tal-kontenitur:Kontenitur ċilindriku tal-kartun
Użin:80g
Data tad-durabbiltà:BB 30/06/2025
Oriġini:Ċina

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.