gov.mt

pr240662

PR240662

24/04/2024

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-glutina minħabba li nstab li għalkemm il-prodott huwa mmarkat bħala “gluten free", fih ingredjent bil-glutina fuq it-tikketta.

 

Isem tal-prodott:Japanese Style Marinated Wakame
Ditta:Vitasia
Dati tad-durabbilità u Lottijiet:

24/04/2024; 2024145798

25/04/2024; 2024146343

29/04/2024 2024147444

Użin:250g

 

 


Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

​ 

​​​