Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' sustanza projbita Leucomalachite green.
Il-malachite green hija sustanza funġiċida użata globalment fl-akwakulutra, imma ma tistax tintuża f'annimali li jitkabbru għall-ikel fl-Unjoni Ewropea. Il-Leucomalachite green huwa metabolit ta' din is-sustanza li jiġi assorbit mill-ħuta u jiġi maħżun fix-xaħam tal-ħuta għall-perjodi twal. Din is-sustanza jista jkollha effetti karċinoġeniċi.
| Isem tal-prodott: | Yellow catfish (prodott friżat) |
| Ditta: | Asian Choice |
| Deskrizzjoni tal-kontenitur: | Borża tal-plastik |
| Użin: | 1kg |
| Data tad-durabbiltà u lott: | 13/09/2025; VN121IV519 |
| Oriġini: | Vjetnam |
| |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.