Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ li affettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet infurmata u ħadet azzjoni immedjata fejn instab li din il-kontaminazzjoni kienet qed tiġi kawżata minn latrina pubblika, fejn tnaddaf il-blockage u l-iżbroff ġie mwaqqaf minnufih. Qegħdin isiru testijiet biex jiġi determinat meta tista' terġa' tinfetaħ il-bajja għall-għawm.
| Kodiċi tas-sit: | A12 |
| Lokalità | Il-Bajja ta' San Ġorġ Birżebbuġa
|
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.