gov.mt

pr241276

PR241276

30/07/2024

STQARRIJA MILL-GVERN TA' MALTA U L-KABINETT TAL-MINISTRI

 

Il-Kabinett tal-Ministri ħa nota tat-talba tal-Professur Edward Scicluna lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde sabiex ma jibqax jeżerċita l-funzjoni ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta sakemm ikun għadu għaddej il-każ tiegħu quddiem il-Qorti Maltija.

 

Il-Kabinett tal-Ministri jagħraf li d-deċiżjoni meħuda mill-Professur Scicluna hi fl-aħjar interess nazzjonali.

 

Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali Alexander Demarco se jkun qed jassumi t-twettiq tal-funzjoni ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta fin-nuqqas tal-Gvernatur.

​