Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Abjad tal-bajd pasturizzat | |
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Albume d'uovo da galline allevate a terra Pastorizzato | |
| Lott involut: | K622460 | |
| Data tad-durabilità: | 13/12/2024 | |
| Użin: | 500g | |
 | | |
| | | |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.