Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, u wara aktar investigazzjonijiet, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis- Salmonella.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Coconut mnixxef |
| Ditta: | Greens |
| Lottijiet involuti: | 137 302-24; 137 303-24; 137 310-24; 137 318-24 |
| Dati tad-durabbiltà: | 01.04.2025; 02.04.2025; 09.04.2025; 17.04.205 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.