gov.mt

pr242102

PR242102

30/12/2024

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalment ikkontaminat bil-Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons.

 

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Fried Garlic
Ditta:Cock Brand
Lott involut:2403173
Data tad-durabilità:03.05.2026
Piż:100g

 

​​Il-Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH) huma tip ta' kontaminanti li jispiċċaw fl-ikel mill-ambjent bħall-użu fil-fabbriki, addittivi jew anke migrazzjoni mill-ippakkeġġjar u jista' jkunu karċinogeni (https://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/mineral-oil-hydrocarbons).

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.