Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara lment li rċieva mingħand konsumatur u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, inkluż it-teħid ta' diversi kampjuni, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilta` ta' preżenza ta' larvae.
| Deskrizzjoni tal-prodott fuq it-tikketta: | Wafer ripieni (crema al latte 30.3%, crema alla nocciola 29.4%) |
| Isem tal-prodott: | Crispy Knoppers Milk |
| Ditta: | Knoppers Storck |
| Dati tad-durabilita`: | 01.04.2025 |
| Lott: | GF22D |
| Piż: | 25g |

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.