gov.mt

pr250133

PR250133

27/01/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sorveljanza tas-Suq u l-Konformita` tal-Prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-prodott imsemmi m'għandux jiġi  kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta' likwidu li fih nikotina b'konċentrazzjoni għolja. Dan jista' jwassal għall-konsum aċċidentali ta' doża għolja ta' nikotina.

 

In-nikotina hija tossika b'mod akut u tista' tipperikola s-sigurtà tal-utent notevolment, jekk il-prodott jiġi f'kuntatt mal-ġilda jew jiġi inġerit.

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Sigarett Elettroniku
Ditta:Vape Roc Star 32K Puffs Dual Tank
Volum:32 ml
Konċentrazzjoni:50mg/ml

 pr250133a.jpgpr250133b.jpg

Il-konsumaturi huma mħeġġa jiċċekkjaw ir-regolarment fuq il-pjattaforma online 'Safety Gate' fil-link: (https://ec.europa.eu/safety-gate/), biex jiżguraw li prodott ma jkunx elenkat bħala prodott perikoluż.

 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis- Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il- pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

 

It-tipjip jagħmel ħsara lilek u lil ta' madwarek. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (HPDP) Malta joffri sapport b'mod individwali b'xejn sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Ċempel Qiutline fuq 80073333.