gov.mt

pr250202

PR250202

06/02/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

​Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih kulur (methyl yellow) li mhuwiex awtorizzat li jintuża fl-ikel.

 

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Trab tat-Turmeric
Ditta:AFT
Lott:18JUN23X1/7
Data tad-Durabbiltà:31/05/2026
Użin:100g / 400g / 1000g
Oriġini:Indja

 

recall 3.png 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.