Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli elevati ta' Mineral Oil Components (MOSH u MOAH) li nstabu kemm fil-prodott, kif ukoll fil-kontenitur.
Il-Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH) u Mineral Oil Saturated Hydrocarbons (MOSH) huma tip ta' kontaminanti li jispiċċaw fl-ikel mill-ambjent bħall-użu fil-fabbriki, additivi jew anke migrazzjoni mill-ippakkeġjar u jista' jkunu karċinogeni (https://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/mineral-oil-hydrocarbons)
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.