gov.mt

pr250237

PR250237

13/02/2025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Prezzijiet tal-MGSs b’rata ta’ mgħax fissa – Ħruġ Frar 2025

B'referenza għall-Istqarrija nru. 250206 ta' nhar il-Ġimgħa, is-7 ta' Frar 2025, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

 

(i)              3.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (IV) bi prezz ta' €101.00 b'YTM ta' 2.8082%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 2.8280%; u

 

(ii)            3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (III) bi prezz ta' €100.50 b'YTM ta' 3.4438%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.4735%.

 

L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

 

Applikazzjonijiet:

 

  1. mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar it-Tnejn, is-17 ta' Frar 2025 fit-8:30am u jagħlqu fis-2:30pm tal-Erbgħa, id-19 ta' Frar 2025; u

     
  2. mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti bi rkant jiftħu l-Ġimgħa, l-21 ta' Frar 2025 fit-8:30am u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti bi rkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

     

    Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/), mill-Ġimgħa, l-14 ta' Frar 2025.

     

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, (https://treasury.gov.mt/stock-tal-gvern-ta-malta/).​