gov.mt

PR250310

PR250310

24/02/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bl- E.coli STEC.

L-Escherichia coli (E.coli) huma tip ta' batterji li huma parti mill-batterji normali li jgħixu fl-imsaren tal-bniedem u l-annimali. Xi tipi ta' E.coli, bħall-E.coli STEC jipproduċu tossini (Shigatoxin) li jistgħu iwasslu għal infezzjoni severa fil-bnedmin.

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Morbier
Data tad-durabilita`:06/01/2025 – 06/03/2025
Lott:2491093 / 2491861 / 2492254P / 2492570J / 2492781J / 2492780J / 2493591 / 2510600

 

tabella hazina.jpg 

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.