Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand xi kummerċjanti u li ġiet ikkonfermata permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-prodotti imsemmijin m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom il-pestiċida, chlorpyrifos.


| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Cloves Whole (Msiemer tal-qronfol sħaħ) |
| Ditta: | Alibabà |
| Data tad-durabilità: | 02-07-2026 |
| Tip ta' kontenitur u piż: | Boroż ta' 50g, 250g u 750g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.