gov.mt

pr250335

PR250335

27/02/2025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali – Stock tal-Gvern ta’ Malta – Frar 2025


B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 250294 ippubblikata fil-21 ta' Frar 2025, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.

 

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €602,269,400 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €300,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €150,000,000.

 

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali

 

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, id-19 ta' Frar 2025, it-Teżor irċieva 3,509 applikazzjonijiet mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €147,769,400. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.

 

It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

 

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (IV) bi prezz ta' €101.00 1,22830,058,900
   
3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (III) bi prezz ta' €100.50 2,281117,710,500
   
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)3,509147,769,400

 

Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors

 

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, il-21 ta' Frar 2025, it-Teżor irċieva 64 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €454,500,000 li ġew allokati kif ġej:

 

 

 Offerti sottomessi fl-IrkantAllokazzjoni
Deskrizzjoni tal-istockNr.Ammont Nominali (€)Nr.Ammont Nominali (€)
3.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (IV)32206,000,00013*81,500,000
     
3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (III)32248,500,00025220,500,000
     
Total ta' sottoskrizzjonijiet wholesale64454,500,00038302,000,000

*Offerta waħda aċċettata parzjalment

 

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor https://treasury.gov.mt/stock-tal-gvern-ta-malta/.​