gov.mt

pr250431

PR250431

17/03/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

​​

B'referenza għall-istqarrija bin-numru PR250325 maħruġa fis-26 ta' Frar 2025 u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand xi kummerċjanti u li wara ġiet ikkonfermata permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-prodotti imsemmijin ma għandomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom il-pestiċida, chlorpyrifos.

 

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Cloves Whole (Msiemer tal-qronfol sħaħ)
Ditta:Alibaba`
Data tad-durabilita`:02-09-2026
Tip ta' kontenitur u piż:Boroż ta' 50g, 250g u 750g

250341a.png 250341b.png 250341_c.png


​Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.