B'referenza għall-istqarrija bin-numru PR250325 maħruġa fis-26 ta' Frar 2025, għall-istqarrija bin-numru PR250431 maħruġa fis-17 ta' Marzu 2025 u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand xi kummerċjanti u li ġiet ikkonfermata permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodotti imsemmijin m'għandomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom il-pestiċida, chlorpyrifos.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | | Cloves Whole (Msiemer tal-qronfol sħaħ) | |
| Ditta: | | Alibabà | |
| Data tad-durabilità: | | Id-Dati kollha | |
| Lotts involuti: | | Lotts kollha | |
| Tip ta' kontenitur u piż: | | Boroż ta' 50g, 250g u 750g | |
| | | |
| | | |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.