Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand l-operatur involut u li wara ġiet ikkonfermata permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ħafna ta' Cyanide.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Organic Flax seeds powder |
| Dati tad-durabbiltà: | 04.10.2025 |
| Lott: | 04.10.2025 |
| Użin: | 200g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.