gov.mt

pr250785

PR250785

12/05/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


S
kont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara ilment li rċieva mingħand konsumatur u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, inkluż it-teħid ta' diversi kampjuni, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' addittiv ta' l-ikel (Kulur E110 – Sunset Yellow).

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Carbonated Soft Drink
Isem tal-prodott:Fanta Orange Flavoured Drink
Data tad-durabilita`:24.09.2025
Lott:P240924AF15
Piż:33cl
Origini:Nigeria

pr250784 fanta.png​​  pr250784 fanta b.png


pr250785 fanta c.jpg


Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.​