gov.mt

pr250956

PR250956

02/06/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI Aġġornament dwar Avviż tas-Saħħa Pubblika

Riskju kkonfermat għas-saħħa: Livelli eċċessivi ta’ Vitamina D fis-Suppliment “FOLIDI”

Wara l-avviż ta’ prekawzjoni li kien diġà ġie maħruġ rigward is-suppliment ta’ Vitamina D “FOLIDI”, l-Awtoritajiet tas-Saħħa issa kkonfermaw li dan il-prodott fih livelli eċċessivi ta’ vitamina D, ogħla minn dawk iddikjarati fuq it-tikketta tiegħu.

Konsum eċċessiv ta’ Vitamina D jista’ jwassal għal riskji serji għas-saħħa, speċjalment jekk jittieħed għal perjodu twil ta’ żmien. Għalhekk, il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ b’mod urġenti biex jieħu dawn il-passi:

Iwaqqaf minnufih il-konsum ta’ “FOLIDI”.
Ma jissostitwixxix dan is-suppliment b’ieħor li jkun fih Vitamina D.
Jikkuntattja ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Veleni fuq 1774 għal aktar pariri mediċi. Is-servizz huwa disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-8:00 ta’ filgħaxija.
Jirritorna kwalunkwe prodott li jkun fadal lill-ispiżerija minn fejn inxtara.