gov.mt

PR251082

PR251082

18/06/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkonsmat minħabba addittiv mhux awtorizzat, Titanju diossidu (E-171). 



Deskrizzjoni tal-prodott:Soft-drink preparation from Colombia
Ditta:Frutino
Użin:10g
Lottijiet:Lottijiet kollha
Data ta' skadenza:Id-dati kollha


Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.