Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-qamħ minħabba li nstab li fih qamħ li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Gooey filled cookie, Double chocolate and caramel |
| Ditta: | MyProtein |
| Użin: | 75g |
| Lottijiet: | Lottijiet kollha |
| Data ta' skadenza: | Mis-17 ta' Ġunju 2025 sas-16 ta' Lulju 2026, iż-żewġ dati inklużi |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.