gov.mt

PR251098

PR251098

20/06/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkonsmat minħabba livelli għoljin ta' Clostridium.​

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Sandwich mimli bil-gambli, cocktail sauce u ħaxix
Ditta:Tre Mulini
Lott:000128; 134378; 000150; 000157; 000129; 135798; 000156
Użin:140g
Data tad-durabbiltà:

18/6/2025; 4/7/2025; 11/7/2025; 13/6/2025

19/6/2025; 10/7/2025


A sandwich in a package    AI-generated content may be incorrect.

 sandwich.jpg

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.