gov.mt

pr251163

PR251163

27/06/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


B'referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR251100, datata 20/06/2025 u skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f'din iż-żona qed jiġi rtirat.

​Kodiċi tas-sit:
B12- Font Għadir
Lokalità:Triq Torri, Tas-Sliema

 Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.​​​

​​​