gov.mt

pr251212

PR251212

04/07/2025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ħruġ ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Lulju 2025

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn u ħamsin miljun ewro (€250,000,000) f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:

 

  1. 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV); u

     
  2. 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II).

     

    Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'ammont sa massimu ta' €150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

     

    Membri tal-pubbliku li huma nteressati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-14 ta' Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, s-16 ta' Lulju 2025 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

     

    Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu il-Ġimgħa, t-18 ta' Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

     

    L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, l-10 ta' Lulju 2025. Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

     

    Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

     

    Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/) minn nhar il-Ġimgħa, l-11 ta' Lulju 2025.  

     

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, l-4 ta' Lulju 2025.

    ​