gov.mt

pr251241

PR251241

09/07/2025

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI


Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott hawn taħt imsemmi m'għandux jiġi kkonsmat peress li nstab li fih livelli għoljin ta' Ħistamina.

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Anchovy Fillets
Ditta:Terre D'Italia
Użin:156g
Lottijiet:17.03.2026
Data ta' skadenza:17/03/2026


filetti.jpg

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.