gov.mt

PR251254

PR251254

10/07/2025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ħruġ Lulju 2025

B’referenza għall-Istqarrija nru. 251212 ta’ nhar il-Ġimgħa, l-4 ta’ Lulju 2025, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)        3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.4000%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.4289%, u

(ii)       3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.7996%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.8357%.

L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

Applikazzjonijiet:

(i) mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar it-Tnejn, l-14 ta’ Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa s-16 ta’ Lulju 2025; u

(ii) mill-investituri wholesale magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu l-Ġimgħa, t-18 ta’ Lulju 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta’ kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/), mill-Ġimgħa, l-11 ta’ Lulju 2025. 

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, (https://treasury.gov.mt/stock-tal-gvern-ta-malta/).